L-MUT laqgħet b’sodisfazzjon il-ftehim milħuq bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Independenti (ISA) dwar l-għajnuna mill-Gvern lill-iskejjel indipendenti u l-familji li wliedhom jattendu f’dawn l-iskejjel.
Fi stqarrija l-Union tal-Għalliema qalet li kienet qed issegwi dawn l-iżviluppi mill-qrib matul l-aħħar ġimgħat, tirrikonoxxi l-impenn tal-Gvern favur dan is-settur u l-edukaturi fl-iskejjel indipendenti filwaqt li tfaħħar l-għaqal tal-mexxejja tal-iskejjel indipendenti rappreżentati mill-ISA matul id-diskussjonijiet li kienu impenjattivi ferm.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/18/il-gvern-jintervjeni-biex-isostni-l-fuq-minn-2100-impieg-fchildcare-centres-u-skejjel-privati/