- Ma tridx kundizzjonijiet inferjuri meta mqabbla ma’ dawk li għandhom l-iskejjel tal-Gvern
Il-Unjin tal-Għalliema ddikjarat tilwima industrijali mal-iskejjel tal-Knisja.
Fi stqarrija, l-MUT sostniet li hija mhux qed taċċetta kundizzjonijiet inferjuri għall-edukaturi meta mqabblin ma’ dawk li jaħdmu fl-iskejjel tal-istat.
Fl-aħħar ġimgħat kienu għaddejin diskussjonijiet bejn l-MUT u l-iskejjel tal-Knisja dwar ftehim kollettiv ġdid iżda dawn fallew.
L-MUT saħqet li hija trid ftehim kollettiv li jimxi id f’id ma’ dak iffirmat mal-Gvern.
Fost l-oħrajn, l-MUT qed turi nuqqas ta’ qbil mal-Knisja dwar mekkaniżmu li tippermetti għalliema fl-iskejjel tal-Knisja biex jiċċaqalqu fi skejjel oħra tal-Knisja.
Intqal ukoll li l-awtoritajiet tal-Knisja mhux jaqblu li jipprovdu laptops lil Learning Support Educators u Kindergarten Educators.