Il-Unjin tal-Għalliema ressqet mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Unjin tal-Edukaturi Professjonali fi ħdan il-Unjin Ħaddiem Magħqudin.
L-MUT qed tisħaq li l-azzjonijiet tal-UPE qed ixekklu diskussjonijiet, azzjonijiet u negozjati tal-istess MUT dwar materji diskussi mal-Gvern.
L-MUT ikkonfermat li l-kwistjoni tas-superviżjoni tat-trasport, li dwarha ġew ordnati azzjonijiet industrijali mill-UPE, ġiet solvuta mal-Gvern u fuq il-mejda qed jiġu diskussi kwistjonijiet oħra.
L-MUT fakkret li l-UPE m’għandiex rikonoxximent ewlieni mid-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjieg u għalhekk l-ordnar t’azzjonijiet mill-UPE jiksru l-liġi.