Il-Unjin tal-Għalliema iltaqgħet mal-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima f’laqgħa ta’ kortesija.
Fi stqarrija, il-Unjin qalet li l-partijiet tkellmu ftit tas-sigħat wara li l-Ministru Grima inħatar fil-pożiżżjoni tiegħu.
Waqt il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi immedjati u futuri tas-settur edukattiv f’pajjiżna.
Il-Unjin awgurat lil Ministru Grima u esprimiet r-rieda tagħha sabiex taħdem flimkien mal-Ministeru għall-benefiċċju tal-edukaturi u l-istudenti.
Dan filwaqt li aktar laqgħat mal-istess Unjin mistennija jsiru fil-jiem li ġejjin.