Fl-aħħar sigħat saret laqgħa bejn l-MUMN u t-tmexxija ta’ Steward Heathcare Malta bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa.
Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi punti fosthom li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jibqgħu l-istess, li l-ħaddiema jibqgħu impjegati mal-Gvern u li s-servizz fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar Karen Grech jibqa’ b’xejn għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha.
Fost il-punti diskussi kien hemm ukoll il-bini tal-kampus tal-iskola għall-infermiera, Northumbria, fejn Steward Healthcare Malta tennew l-impenn tagħhom li dan il-kampus ikun wieħed mill-prijoritajiet tagħhom.