Il-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali fis-Servizzi għall-Kura Primarja, fosthom it-teħid tad-demm fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Fuq twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fuq kollox rebaħ is-sens ta’ djalogu sabiex tiġi żgurata kura sigura u ta’ kwalità għall-pazjenti Maltin u Għawdxin.