Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar kmieni dalgħodu li l-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN issosspendiet l-azzjonijiet industrijali.
Il-Ministru Fearne laqa’ bi pjaċir din id-deċiżjoni u appella sabiex f’dan il-mument niġbdu ħabel wieħed.
Minkejja dan l-Assoċċazzjoni Medika Maltija, il-MAM, għadha għaddejja bl-azzjonijiet industrijali.
Nilqa’ bi pjaċir id-deċiżjoni tal-MUMN li jissospendu l-azzjonijiet industrijali mil-lum stess fi spirtu ta’ maturità u kollaborazzjoni. F’dan il-mument diffiċli ejja nkomplu niġbdu ħabel wieħed.
— Chris Fearne (@chrisfearne) August 7, 2020