Il-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali tagħha fl-isptarijiet.
Illum l-MUMN kellha diskussjonijiet mal-Ministeru għas-Saħħa u uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u se jkun hemm aktar laqgħat fil-jiem li ġejjin. Il-laqgħat qed jiffukaw fuq il-ħlas u l-kundizzjonijiet tal-membri tal-Unjin.
F’kummenti mal-midja, il-President tal-MUMN Paul Pace qal li għalissa mhux se jsiru direttivi.
Il-Ministeru tas-Saħħa qed jinsisti li f’kull ftehim kollettiv, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu kkumplimentati b’aktar taħriġ għall-ħaddiema, u programm ta’ inizjattivi maħsuba biex iżidu l-effiċjenza fil-proċessi, għal servizz aħjar għall-pazjenti.