L-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) laqgħet id-dikjarazzjonijiet tal-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela dwar il-viżjoni li għandu għas-settur tas-saħħa f’pajjiżna.
Fi stqarrija, l-unjin qalet li tinsab ħerqana biex taħdem mill-qrib mal-Ministru biex jindirizza sfidi fis-settur.
L-MUMN spjegat il-ħtieġa ta’ aktar proġetti kapitali bil-għan li l-pazjenti Maltin u Għawdxin ikunu moqdijin aħjar u bl-akbar dinjità, inkluż il-ftuħ ta’ swali ġodda fl-Isptar Mater Dei u jiġu l-użu tal-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa.
Semmiet u ħeġġet ukoll dwar iżjed rinnovar fl-isptar Monte Carmeli fuq dak li diġà sar. Fl-istess waqt faħħret ukoll il-proġett ta’ sptar għall-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paul, li ddeskrivietu bħala storja ta’ suċċess ta’ ħidma bejn il-Gvern u l-privat.