Il-Malta Union of Midwives & Nurses dalgħodu ħarġet stqarrija fejn qalet li kitbet bi protesta lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fejn esprimiet ‘disgust’ għax saret laqgħa dwar is-Social Workers u l-ECG Technicians tliet ġimgħat ilu u jsostnu li għadhom qed jistennew risposta biex jigu konklużi il-Ftehim Settorali ta’ dawn iż-żewġ professjonisti.
L-MUMN qalet li tħoss li qed tigi injorata u qalet li jekk sa nhar l-Erbgħa 14 ta’ Dicembru 2016 ma tingħatax appuntament biex jiġu konkluzi ż-żewġ Ftehim Settorali, dawn l-impjegati ser jibdew isegwu azzjonijiet industrijali “inkluż strike mill-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2016 ‘l-quddiem mingħajr pre-avviż ieħor”.
Intant kien hemm min għamel ‘reply to all’ fl-email mibgħuta lill-mezzi tax-xandir, għalkemm wara qal li ntbgħatet bi żball.