L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għelbet il-kompetizzjoni ta’ dawk Barbados, Queensland u Abu Dhabi biex rebħu l-ikbar unur fir-Renju Unit fil-qasam tan-negozju, dak ta’ ‘Tourist Board of the Year’. It-TTG Awards ikunu organizzati kull sena u jkunu mistennija ħafna mill-industrija tat-turiżmu.
Din l-aħbar ta’ sodisfazzjoni għall-Awtorità kienet ikkomunikata fl-aħħar sigħat. L-MTA kienet finalista wkoll fl-LGBT Friendly Travel Company għalkemm hawn l-unur ħaduh is-Celebrity Cruises.
Excellent news for #Malta winning the Tourist Board of the Year @TTGMedia 2016, the biggest UK trade Awards of the year. #tourism https://t.co/hYxyWlceUh
— Edward Zammit-Lewis (@ZammitLewisEdw) September 20, 2016