Għat-tieni sena konsekuttiva, waqt li kienet qed tipparteċipa fil-Korean World Travel Fair (KOFTA), l-Awtorità Maltija għat-Turmiżmu (MTA) ngħatat l-unur għall-Aqwa Marketing fit-Turiżmu.
KOFTA, li ttellgħet f’Seoul, fil-Korea t’Isfel hija l-ikbar u l-iktar fiera importanti għall-Konsumatur u n-Negozju, u għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività għall-industrija tat-turiżmu fil-Korea. Preżenti għal din il-fiera kien hemm 500 organizzazzjoni minn 50 pajjiż differenti.
Il-Kap Eżekuttiv għall-MTA, Paul Bugeja, qal li l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’KOFTA ġġenerat livell għoli ta’ interess mis-settur Korean tal-ivvjaġġar, il-media u l-pubbliku ġenerali.