Il-vapur il-ġdid tal-MSC, u li ser ikun qed jankra Malta kull nhar ta’ Tlieta, l-MSC Grandiosa ser ikun responsabbli għall-wasla ta’ madwar 350,000 turist f’Malta fl-2020.
L-MSC Grandiosa huwa l-aħħar vapur fil-flotta tal-kumpanija reġistrata fl-Iżvizzera MSC.
Dam il-vapur tassew grandjuż jesa’ 6,334 passiġġier. Dan flimkien ma’ 1,704 membri tal-ekwipaġġ.
L-MSC Grandiosa se jkun qed jbaħħar fil-Punent tal-Mediterran iżda l-kumpanija għażlet lil Malta biex tibda u topera kull vjaġġ.
Dwar dan u aktar, ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Cruise Ports. Il-Kap Eżekuttiv tal-Valetta Cruise Ports, Stephen Xuereb spjega li “Min-naħa tal-MSC ħa jkollna 78 vista fl-2020 dak ifisser li ser naqbżu minn din il-kumpanija biss il-fuq minn 350,000 passiġġier.”
Intant ONE News tkellem ukoll mal-Kaptan tal-vapur Marco Massa hekk kif spjega l-karatteristiċi prinċipali ta’ dan il-vapur lussuż. Fost oħrajn semma kif dan huwa vapur li jaħdem b’enerġija iktar nadifa u ħabiba tal-ambjent.
Massa sostna li “It’s the most technological ship in terms of environmental protection and in terms of guests experience. MSC Grandiosa has the latest equipment like WGHCCS, like YSR, like the AWT systems. So we are the most eco-friendly ships because we strongly believe that we have to respect the environment for the next generations.”
Fi tmiem il-kumment tiegħu ma’ ONE News il-Kaptan ma naqasx milli jfaħħar il-veduta pittoreska tal-Port il-Kbir.
Massa temm jgħid li “The most beautiful turistic navigation in this iltinery is the arrival and departure from Valletta.”