Malta Public Transport qiegħda taġġorna l-iskeda tas-Sajf biex takkomoda ż-żieda fid-domanda ta’ passiġġieri li jġib meigħu dan l-istaġun.
Ħdax -il rotta pew riveduti biex tiżdied l-effiċjenza tar-rotot u l-konvenjenza tal-passiġġier.
Il-bidliet ħa jiġu fis-seħħ min-nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2019.
Il-lista ta’ vjaġġi mibdula tinsab hawn taħt:
Rotta 31 – Se jkunu introdotti aktar vjaġġi
Rotta 41 – il-frekwenza se tiżdied minn kull 30 minuta għal kull 20 minuta fis-sigħat ewlenin
Rotta 42 – il-frekwenza se tiżdied minn kull 30 minuta għal kull 20 minuta fis-sigħat ewlenin
Rotta 43 – il-frekwenza se tonqos minn kull 20 minuta għal kull 30 minuta
Rotta 48 – Bidla żgħira fl-iskeda tal-Ħadd
Rotta 53 – il-frekwenza se tiżdied minn kull 60 minuta għal kull 30 minuta fis-sigħat ewlenin
Rotta 212 – il-frekwenza se tiżdied minn kull 20 minuta għal kull 15-il minuta fis-sigħat ewlenin
Rotta 221 – il-frekwenza se tiżdied minn kull 20 minuta għal kull 15-il minuta fis-sigħat ewlenin
Rotta 222 – il-frekwenza se tiżdied minn kull 20 minuta għal kull 15-il minuta fis-sigħat ewlenin
Rotta X1A – din ir-rotta mhux se topera matul l-istaġun tas-Sajf
Rotta TD3 – din ir-rotta se tiġi estiża biex tibda sservi l-waqfiet ‘San Ġiljan’ f’San Ġiljan