Id-Deputati Konservattivi Brittaniċi llum mistennija jerġgħu jivvotaw fil-proċess sabiex jintagħżlu l-kandidati għal mexxej tal-Partit Konservattiv, biex imbgħad ikunu l-membri tal-partit li jivvotaw għall-mexxej.
Fil-votazzjoni tal-lum, wieħed minn dawn l-erbgħa: Rishi Sunak, Penny Mordaunt, Liz Truss u Kemi Badenoch se jkun eliminati. Ir-riżultat mistenni jitħabbar aktar tard.
Sunak jidher kważi ċert li ħa jkun wieħed miż-żewġ kandidati.
Illum ukoll, il-Prim Ministru Boris Johnson se jkun qed ilaqqa’ l-kabinett għall-aħħar darba qabel il-vaganzi tas-sajf.
Il-Partit Konservattiv irid li l-Membri Parlamentari jkunu għażlu liż-żewp kandidati qabel nhar il-Ħamis, fil-fatt, il-vot finali se jittieħed għada.
Dan is-sajf se jkun ikkarraterizzat minn kampanja għall-Partit Konservattiv Brittaniku, biex imbgħad nhar il-5 ta’ Settembru ssir l-elezzjoni bejn l-aħħar żewġ kandidati.