Hi u tindirizza l-Parlament Ewropew, fir-rwol tagħha ta’ rapporteur fil-kumitat CULT, dwar dispożizzjonijiet speċifiċibl-għan ta’ koperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern, l-MPE Marlene Mizzi qalet li “dawn l-istrumenti ta’ finanzjament huma kruċjali jekk irridu li jkollna Unjoni li tappartjeni liċ-ċittadini, u li tagħtihom importanza irrispettivament min fejn ġejjin.
Irridu noffru aktar opportunitajiet liċ-ċittadini irrispettivament mill-fruntieri li jdawru l-pajjiż li minnu ġejjin, humiex fruntieri tal-art jew marittimi.” Fondi bħal dawn huma important b’mod partikolari għal Malta – stat żgħir fil-periferiji tal-Ewropa. Id-Deputata Mizzi għaddiet emendi leġiżlattivi li jinkludu fruntieri marittimi u li jżidu l-fondigħal programmi tal-kultura u l-edukazzjoni.
Marlene Mizzi kompliet saħqet li m’għandniex ikollna “Unjoni Ewropea li tiddistingwi bejn ir-reġjuni. L-UE għandha tkun waħda li tibqa’ tfakkar lilha nfisha l-valuri fundaturi: integrazzjoni, opportunitajiet indaqs u tolleranza. Huwa n-nuqqas ta’ diskiminazzjoni u t-tolleranza ta’ kulturi u lingwi differenti li jagħmlu l-Unjoni li nagħrfu llum il-ġurnata.” L-ERDF hija ta’ importanza kbira sabiex twassal dawn il-valuri li jinkoraġġixxu inizjattivi transkonfinali li jinvolvu l-edukazzjoni u l-kultura.
“Irridu nħarsu lejn ir-riċerka u l-edukazzjoni bħala ċ-ċavetta li biha nagħtu mbottatura lill-innovazzjoni u l-kompetittività sabiex insaħħu t-tkabbir ekonomiku fir-reġjuni kollha tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, l-Unjoni għandhatipprovdi lill-iżgħar stati membri bħal Malta, u r-reġjuni periferja li aktar fondi għar-riċerka u l-edukazzjoni,” qalet l-MPE Mizzi.
Il-vot fuq dan ir-rapport ittieħed fi żminijiet sensittivi għall-UE għax għall-ewwel darba mill-1957 l-Unjoni tista’ titlef wieħed mill-membri tagħha. Għalhekk id-Deputata Mizzi ffukat fuq il-bżonn ta’ integrazzjoni u inklużjoni, biex nipprevenju attitudni xenofobika u nazzjonalista li tista’ żżid il-piż fuq ċerti stati membri. “Il-messaġġ li dawn l-istrumenti finanzjarji tal-UE għandhom jibagħtu huwa wieħed: L UE m’għandhiex fruntieri fejn jidħlu r-riċerka u l-edukazzjoni. M’għandux ikollna stat membru privelaġġjat aktar minn ieħor.
L-UE għandha tkun benniena ta’ opportunitajiet għal kulħadd, irrispettivament minfejn ġejjin,” temmet tgħid l-MPE Mizzi.