L-MPE Marlene Mizzi ġiet appuntata bħala r-rapporteur għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (IMCO), fuq il-proposta leġiżlattiva li tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE dwaril-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Dan ir-rapport b’rabta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa l-ewwel wieħed li qiegħed jitmexxaminn Membru Parlamentari Ewropew Malti.
L-MPE Mizzi saħqet li “ninsab onorata li ngħatajtdin il-fiduċja biex immexxi dan ir-rapport leġiżlattiv, aktar u aktar ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE sejaffettwa ċ-ċittadini kollha. Il-qafas leġiżlattiv tal-UE li jirregola l-approvazzjoni tat-tip għal numru ta’ prodotti mhux se jibqa’applikabbli għar-Renju Unit, ladarba jirtiramill-Unjoni. Wieħed fost l-aktar prodotti mmanifatturati li sejintlaqat huwa preċiżament is-suq tal-vetturi, li huwa ferm importanti għaċ-ċittadin.”
Ir-rapport huwa mmirat biex joħloq struttura li tibqa’tagħti aċċess għas-Suq Ewlieni Ewropej lill-manifatturi tal-vetturi ladarba r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni. Din il-leġiżlazzjoni hija essenzjali kemm għall-manifatturi tal-vetturi, għall-konsumaturi u għall-utenti, għaxtibbaża fuq l-applikazzjonijiet għal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura li mhux se jibqgħu validi fl-EU27 ladarba Brexit jiġi ffinalizzat. L-MPE Mizzi se tkun qiegħda tmexxi n-negozjati b’tali mod li tassigura li r-riżultat finali jkun wieħed ibbilanċjat għal-istakeholderskollha – manifatturi tal-karozzi, importaturi u konsumaturi.
“Wieħed japprezza l-importanza tan-negozjati attwali dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni. B’hekk nerġa’nisħaq li metatasal il-ġurnata tal-Brexit, li se taffettwaħajjet iċ-ċittadini Ewropej kif ukoll ta’ dawkmir-Renju Unit, in-negozjati sa dak il-punt għandhom jitmexxew b’mod li ċ-ċittadin Ewropew li jgħix fir-Renju Unit ma jkollux jgħaddi minn tbatija bla bżonn u viċeversa. Irridu nassiguraw li niksbu l-aħjar riżultat għaldawk kollha involuti, għan li jista’ jintlaħaq ladarba jitkomplew it-taħditiet fix-xhur li ġejjin-liema taħditiet diġà bdew,” qalet Marlene Mizzi.