“L-istandards doppji ta’ Roberta Metsola komplew joħorġu aktar fil-beraħ.”
Kliem il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba b’reazzjoni għaż-żjara li l-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista għamlet f’Ateni fejn ma ddejqitx tiddefendi u tfaħħar lill-Prim Ministru Nazzjonalista Grieg Kyriakos Mitsotakis, li għadu kemm ġie kkundannat għat-tmexxija tiegħu.
“L-ipokrezija ta’ Roberta Metsola u tal-PN m’għandha l-ebda limitu. Tiftakru ftit tas-snin ilu fejn Metsola ma riditx tieħu b’idejn Joseph Muscat, imma fl-istess ħin marret tieħu b’idejn u indirizzat konferenza tal-aħbarijiet mal-Prim Ministru Grieg. Prim Ministru li l-PE għadda riżoluzzjoni fejn ittimbrah bħala mexxej ta’ gvern korrott, ittimbrah bħala Prim Ministru li qed jinterferixxi fil-mod kif taħdem il-midja indipendenti, imma wkoll Prim Ministru Grieg li dan saħansitra spijja l-mobile tal-Kap tal-Oppożizzjoni Grieg.”
Agius Saliba qal li r-reazzjoni ta’ Roberta Metsola għar-riżoluzzjoni kienet li l-Parlament għandu jifli stqarrija tal-qorti suprema Griega. Dan jikkuntrasta bil-kbir il-mod kif ittrattat lil Joseph Muscat, li qatt ma nstab ħati ta’ reat quddiem il-qrati Maltin.
Fl-istess nifs, Roberta Mestola kompliet tuża din iż-żjara fil-Greċja u oħrajn simili biex tkompli tippromwovi investiment li tixtieq li l-Unjoni Ewropea twettaq fil-qasam tad-difiża. In-nefqa proposta minn Metsola tista’ tiġi ffinanzjata, fost l-oħrajn, permezz ta’ żieda fit-taxxi mħallsa mill-Maltin u l-Għawdxin.
“Marret fil-Parlament Grieg u qaltilhom li trid li l-UE ikollha l-armata tagħha, trid li l-UE, bħal seħibha Manfred Webber, tinvesti fl-armi nukleari u fl-aħħar mill-aħħar dan ikompli juri kemm Metsola f’Malta tgħid mod, imma barra minn xtutna tagħmel oppost.”