Matul l-ewwel laqgħa tal-kumitat speċjali dwar il-Covid-19 tal-Parlament Ewropew, l-Ewroparlamentari Laburista Josianne Cutajar tkellmet dwar l-importanza li tinbena r-reżiljenza għal kull eventwalità.
Dan qalitu fil-kumitat speċjali ffurmat minn tmienja u tletin Membru Parlamentari Ewropew, li ser ikun qed iħares lejn it-tagħlimiet mill-pandemija u jagħmel rakkomandazzjonijiet f’oqsma differenti mis-saħħa sad-demokrazija.
Wara l-ewwel laqgħa Cutajar spjegat li dan il-kumitat ser ikun qed janalizza l-mod kif il-pandemija ħalliet impatt fuq ix-xogħol, inkluż it-telework, il-faqar u saħansitra l-irwol tad-diġitalizzazzjoni kif ukoll l-effetti fuq l-edukazzjoni u l-ugwaljanza.
Hija saħqet li huwa importanti li kull stat għandu jibqa’ jaħseb fi żminijiet ta’ sfida biex b’hekk ikun preparat b’mod speċjali f’oqsma kruċjali bħal dawk tal-provvista tal-ikel, it-turiżmu, s-saħħa u t-trasport.