L-Ewroparlamentari Laburista Josianne Cutajar ser tkun qed twettaq ħidma għar-rikonoxximent aktar b’saħħtu tad-drittijiet diġitali.
Dan wara li l-Ewroparlamentari Cutajar u Membri Parlamentari Ewropej mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi permezz ta’ ittra sejħu għal Karta Ewropea għad-Drittijiet Diġitali.
B’hekk ser issir ħidma fuq kuntratt soċjali ġdid li jirregola soċjeta’ ġusta u inklussiva fil-kuntest diġitali.
Cutajar tenniet li ser tkompli timbotta d-dritt tal-aċċess għall-internet bħala dritt uman bħal ma diġà għamlet fil-plenarja tal-Konferenza tal-Futur tal-Ewropa bħala rappreżentanta ta’ pajjiżna.
Hija stqarret ukoll kif hemm il-ħtieġa li l-liġijiet ikunu aġġornati minn żmien għal żmien permezz ta’ ħidma konkreta għall-ġid taċ-ċittadini Ewropej.