L-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba kiseb l-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali biex iservi bħala President Konġunt tal-Intergroup tas-Saħħa Mentali li qed jiġi propost għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew.
Agius Saliba kien ilu jitlob lill-Parlament Ewropew biex jitwaqqaf dan il-kumitat speċjalizzat sa mil-leġiżlatura li għaddiet bil-għan li jitkattar il-bdil tal-opinjonijiet bejn il-gruppi politiċi differenti fuq policies relatati mas-saħħa mentali, filwaqt li jgħin biex iħaffef l-iżvilupp u t-tnedija tagħhom.
L-Ewroparlamentari u Deputat Mexxej Laburista jemmen bi sħiħ fil-bżonn ta’ aktar sforzi u riżorsi ddedikati f’dan ir-rigward, li jmorru wkoll paripassu mal-kampanja tiegħu dwar ir-Right to Disconnect għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.