Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija kkundannat l-attakki fil-konfront tal-Pulizija waqt il-protesti ‘paċifiki’ li qed isiru fit-toroq tal-Belt Valletta.
l-Assoċjazzjoni qalet kif l-agressur li fil-filmat jidher iħebb għall-pulizija ser ikun qed jitressaq il-qorti fuq din l-aggressjoni.
L-MPA appellat lill-pubbliku biex juri rispett lill-uffiċjali kollha tal-Pulizija waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom.