Il-Forum Marittimu Malti (MMF) feraħ lill-eks Ministru u Deputat Laburista Aaron Farrugia għall-ħatra tiegħu bħala l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) wara li l-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi tal-Parlament ivvota favur.
Fi stqarrija, l-MMF tenna li hu fiduċjuż li din il-ħatra bħala r-Rappreżentant Permanenti Malti f’din l-organizzazzjoni tal-ogħla livell f’dan is-settur hi waħda ideali, li tirrappreżenta l-interessi u l-bandiera marittima ta’ pajjiżna, hi ideali u laqa’ din in-nominazzjoni.
Meta tħabbret il-ħatra tiegħu, Farrugia nnifsu qal li se jaħdem biex pajjiżna jkompli jaċċella u jibqa’ fil-quċċata fi żmien ta’ sfidi internazzjonali kbar. Dan filwaqt li jiġi protett il-kummerċ lokali u jiġu salvagwardjati l-ibħra u l-portijiet.
Fl-istqarrija tal-MMF, ingħad li ċ-chairman u l-bord iħarsu ’l quddiem biex jikkonsulta u jikkollaboraw miegħu f’din il-pożizzjoni l-ġdida.