L-Assoċjazzjoni għal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti, l-MHRA, laqgħet il-pjan ċar ta’ ristrutturar tal-Air Malta mħabbar din il-ġimgħa.
Dan qalitu permezz ta’ stqarrija fejn saħqet li l-istess Assoċjazzjoni tifhem l-importanza li l-linja nazzjonali tal-ajru topera b’mod sostenibbli.
L-assoċjazzjoni ddeskriviet il-pjan ta’ ristrutturar bħala wieħed kuraġġjuż u tenniet li l-pass li jitnaqqas l-ammont ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija huwa wieħed importanti f’dan il-proċess.
Hija nnutat is-sehem tal-Air Malta fil-qasam turistiku ta’ pajjiżna kif ukoll l-irwol kruċjali li kellha fit-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni matul il-pandemija.
L-MHRA żiedet tgħid kif hi tappoġġja lill-Gvern f’kull pass li jttieħed favur l-interess tal-Air Malta.