L-Assoċjazzjoni għal-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA laqgħet b’sodisfazzjon l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern lin-negozji u l-ħaddiema matul iż-żmien diffiċli tal-pandemija tal-Covid-19.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra nnota l-għajnuna finanzjarja kontinwa li l-Gvern qed jagħti lin-negozji.
Qal li dan juri li dan il-Gvern jemmen li għandu jinvesti fl-ekonomija sabiex negħlbu b’suċċess l-isfida tal-pandemija.
L-MHRA laqgħet b’sodisfazzjon l-iskemi li tħabbru dalgħodu mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostennibli Miriam Dalli.
Din l-Assoċjazzjoni faħħret kemm l-estensjoni ta’ inċentivi ġa eżistenti, it-tibdil ta’ oħrajn u t-tnedija ta’ inċentivi ġodda li se jgħinu lil-lukandi u r-ristoranti kemm b’mod dirett u anke b’mod indirett.
Dan sabiex dawn in-negozji jkunu jistgħu jippreparaw irwieħom għall-istaġun tas-sajf.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/27/e20-miljun-ohra-fpakkett-tghajnuna-iehor-mimli-incentivi-ghan-negozji/
https://www.one.com.mt/2021/04/27/il-kamra-ghan-negozji-z-zghar-u-medji-tinnota-li-l-iskemi-mhabbra-mill-gvern-se-jaghtu-appogg-lin-negozji/