L-Assoċjazzjoni għal-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA, laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar li ta l-Prim Ministru lbieraħ, illi l-vouchers tal-€100 se jkunu qed joħorġu fis-7 ta’ Ġunju li ġej.
Fi stqarrija l-MHRA qalet wkoll kif dan, flimkien ma’ miżuri oħra, se jgħinu lin-negozji kollha f’Malta u Għawdex biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara żminijiet diffiċli ta’ pandemija.
Intant, fl-istess stqarrija, il-President tal-MHRA Tony Zahra iddeskriva l-jum tat-Tnejn bħala wieħed importanti, hekk kif qed nerġgħu naraw l-ftuħ mill-ġdid tar-ristoranti.