L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ l-ajruport mill-Erbgħa 1 ta’ Lulju li ġej.
Dan qalitu l-assoċjazzjoni fi stqarrija l-Ħadd wara nofsinhar.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal kif dan iż-żmien huwa importanti sabiex jerġa’ jibda jopera s-settur turistiku sabiex jgħin lill-ekonomija Maltija. Is-Sur Zahra qal li d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-ajruport u l-portijiet kienet waħda pożittiva fid-direzzjoni t-tajba għall-pajjiżna.
Fl-istqarrija, l-MHRA qalet kif hija se tkompli taħdem mal-Ministeru għat-Turiżmu u Promozzjoni tal-Kunsumatur, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-AirMalta, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u kumpaniji oħra fis-settur turistiku. Dan sabiex pajjiżna jkun riklamat bħala destinazzjoni sigura’.