L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, ħarġet twissija dwar entità li topera taħt l-isem ta’ BitXNeo u li għandha preżenza fuq l-internet fuq l-internet permezz tas-sit https://bitxneo.com/.
Minn informazzjoni disponibbli għall-MFSA, din il-kumpanija tippreżenta ruħha bħala pjattaforma ta’ skambju ta’ munita kripto li topera taħt il-liġijiet ta’ Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-MFSA wissiet li din il-kumpanija mhix reġistrata Maltija u lanqas liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi servizzi finanzjarji li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew awtorizzati taħt il-liġi Maltija.