L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji kompliet issaħħaħ il-proċeduri tagħha kontra l-ħasil tal-flus bil-publikazzjoni tal-Gwidi dwar Persuni Esposti politikament.
Pass ieħor fl-isforzi tal-istess Awtorità sabiex ittejjeb is-superviżjoni fuq il-ħasil ta’ flus u tindirizza sfidi internazzjonali li ġejjin mill-ħasil ta’ flus.
Dawn qed isiru skont l-aqwa prattiċi u impenji internazzjonali ma’ awtortitajet internazzjonali u entitajiet ta’ sorveljanza.
L-MFSA qalet li tistenna li l-persuni u l-entitajiet liċenzjali minnha jonoroaw l-obbligazzjoni li joħorġu mir-Regoli tal-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u Finanzjament tat-Terroriżmu.
Fost dawn il-ħtieġa li japplikaw metodu li jidentifika Persuni Esposti Politikament u japplikaw il-miżuri msaħħa ta’ verifika meta jkunu qed jittrattaw magħhom.
Fi stqarrija ntqal li fid-dawl li hemm riskju akbar attribiwet ma’ Persuni Esposti Politikament, ir-Regoli jitolbu li jkunu applikati miżuri msaħħa ta’ verifika meta jingħatalhom servizz.
Qraba ta’ Persuni Esposti Politikament u persuni li huma magħrufa li għandhom rabtiet magħhom se jkunu soġġetti wkoll għall-istess miżuri ta’ verifika.
Ingħad li mhux il-Persuni Esposti Politikament kollha jġorru l-istess livell ta’ riskju u allura l-miżuri ta’ verifika għandhom ikunu skont ir-riskju attribwiet.
L-istqarrija temmet tgħid li fost il-passi li jridu jittieħdu hemm li tinkiseb approvazzjoni maniġerjali qabel dawn jingħatlhom is-servizz waqt li jridu jittieħdu miżuri adekwati sabiex ikun stabbiliet is-sors tal-ġid u l-fondi involuti u kif ukoll jitwettaq moniteraġġ kontinwu.