L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ssospendiet b’mod immedjat lil Ali Sadr Hasheminejad mill-pożizzjoni ta’ Direttur tal-bank Pilatus u minn kull irwol eżekuttiv li kellu fil-bank.L-MFSA ssospendiet ukoll id-dritt tal-vot ta’ Hasheminejad, li sal-lum kellu bħala azzjonist tal-istess bank, kif ukoll waqqfitu milli jirrappreżenta lill-imsemma bank.
Apparti l-miżuri fil-konfront ta’ Sadr l-MFSA qed twaqqaf lill-uffiċjali u azzjonisti tal-bank Pilatus milli jgħaddu tranżazzjonijiet bħal-ġbid u depożiti ta’ flus mill-kontijiet tagħhom.
Wara dawn l-azzjonijiet il-Bank Pilatus għandu bżonn l-approvazzjoni tal-MFSA sabiex isiru movumenti tal-assi tal-bank.