F’kumment esklussiv ma’ one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri nnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta, jum wara ċ-ċertifikat tal-aġenzija internazzjonali tal-kreditu, Standard and Poor’s.
Cuschieri saħaq li dan is-settur għaddej minn tkabbir, u l-MFSA tagħmel diskussjonijiet regolari mal-banek kollha ta’ Malta biex tassigura futur sostenibbli għas-settur.