Wara li fil-jum tal-Ħamis, l-MFSA ordnat it-tneħħija ta’ Ali Sadr Hasheminejad minn ċermen ta’ Pilatus Bank, ħabbret li b’ effett immedjat inħatar Lawrence Connell biex jamministra l-assi ta’ din il-kumpanija.
L-MFSA ħatret lil Connell bħala l-persuna kompetenti biex jieħu l-kontroll tal-assi ta’ Pilatus Bank u jassumi l-kontroll tas-servizzi bankarji u dawk ta’ investimenti. Hu jrid jibqa jonora din il-kariga skond id-direzzjonijiet tal-MFSA.
L-MFSA qalet li Connell igawdi minn esperjenza vasta bħala regolatur finanzjarju għall-istat Amerikan.