L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ħarġet dokument imsejjaħ ‘Service Charter’, li se jgħin lill-applikanti waqt li jkunu għaddejjin bil-proċess biex jakkwistaw il-liċenzja tal-awtorità.
Dan se jwassal biex jiffaċilita l-proċess ta’ awtorizzar biex kumpanija tkun illiċenzjata ma’ din l-awtorità.
Spjegat aktar dwar dan l-uffiċjal fi ħdan l-MFSA, Claire Farrugia: “Fejn aħna prattikament qegħdin ngħidu li ovvjament qegħdin naraw li l-kriterji meħtieġa biex l-applikant ikun jista’ jibda jopera u anke biex imbagħad ikun jista’ jibqa’ illiċenzjat, wara li jiġu sodisfatti sabiex ikun awtortizzat.”
Hija spjegat kif dan id-dokument ħareġ wara konsultazzjoni mal-industrija.
Din l-għajnuna hija meħtieġa biex il-proċess ta’ applikazzjoni jkun wieħed effiċjenti.
Farrugia sostniet: “Aħna naċċertaw ruħna li anke l-element ta’ konsistenza, meta qed nittrattaw l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tal-MFSA jkun iktar b’mod konsistenti.”