Fi stqarrija Ministerjali l-Ministru Edward Scicluna fil-Parlament qal li l-Gvern huwa infurmat li matul il-ġurnata tal-lum iltaqa’ is-Supervisory Council tal-MFSA, li l-istruttura tiegħu hija ggovernata minn regoli internazzjonali, biex jiddiskuti dawn l-iżviluppi. Il-Ministru ħabbar li s-Supervisory Council iddeċieda li jittiehdu numri ta’ mizuri sinjifikanti fir-rigward tal-bank u x-shareholders tiegħu.
Dawn id-deċiżjonijiet mistennija jsiru pubbliċi fil-ħin li ġej.
Scicluna qal ukoll li l-istituzzjonijiet ta’ superviżjoni tas-settur finanzjarju Malti ser ikomplu jgħatu sehemhom sabiex inkomplu jassiguraw l-istabbilita’ finanzjarja, li nemmnu li hija wahda solida.