L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ħarġet twissija dwar sit li jopera bl-isem Bitcoin Revolution, bis-sit elettroniku https://the-bitcoin-revolution.org/ kif ukoll fuq siti oħrajn. Din l-entita’ qeda tagħmel promozzjoni permezz ta’ reklami u paġni fuq il-midja soċjali billi tagħqqad is-sit elettroniku tagħha ma diversi personalitajiet lokali mingħajr il-kunsens tagħhom. Iktar minn hekk, dan is-sit elettroniku qiegħed jagħmel rapporti foloz ta’ profitti magħmula min dawn l-individwi.
Fi stqarrija l-MFSA xtaqet tavza lill-pubbliku f’Malta u barra minn Malta li sa din il-ġurnata l-ebda entità ma giet awtorizzata taħt l-Att dwar l-Attiv Finanzjarju Virtwali. Bitcoin Revolution mhix liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi xi servizzi ta’ investimenti finanzjarji li għalihom hi meħtieġa liċenzja jew awtorizzazzjoni oħra taħt il-liġi Maltija.
Aktar minn hekk, informazzjoni disponibbli għand l-MFSA tindika li Bitcoin Revolution aktarx li hi skema ta’ ‘cryptocuurency’ internazzjoni li tħajjar individwi biex “isiru sinjuri malajr”. Għaldaqstant, konsumaturi tas-servizzi finanzjarji m’għandhomx jidħlu f’negozju jew tranżazzjonijiet ma Bitcoin Revolution.
L-MFSA qed tappella lill-investituri u konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwanlunkwe investiment jew jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jaċċertaw lilhom infushom li l-entità, li magħha qed isir l-investiment jew it-transazzjoni, hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.