Fi stqarrija b’reazzjoni għas-sospensjoni mis-sħubija mal-MFA, l-assoċjazzjoni tar-referees Maltin qalet li dan mhux aċċettabbli għaliex hija mxiet mar-regolamenti.
Hawnekk l-assoċċjazzjoni kienet qed tirreferi għall-laqgħa ġenerali annwali fejn fiha membri li m’attendewx minn tal-inqas 25% tal-laqgħat li saru matul is-sena ma tħallewx jivvutaw u jikkontestaw għall-karigi fil-kumitat tal-MFRA.
Alexei Tabone sejjaħ id-deċiżjoni tal-MFA li tissospendi lill-MFRA redikola u akkuża lill-MFA li qed tagħmel minn kollox biex l-MFRA tkun immexxija minn nies ġodda li l-MFA tħossha aktar komda bihom.
Intant dwar il-petizzjoni rigward is-sospensjoni li ġiet iffirmata minn mitt uffiċjali tal-logħba, Tabone sostna li mhux kull membru huwa uffiċjali tal-MFRA u saħansittra qal li kien hemm min iffirma għaliex kien mhedded.
L-istess assoċċjazzjoni appellat lill-MFA u l-membri tal-kunsill sabiex din is-sospensjoni tiġi rtirata fil-laqgħa li jmiss tal-kunsill aktar tard dan ix-xahar.