F’laqgħa tal-bord eżekuttiv tal-MFA li saret it-Tlieta wara nofsinhar sar magħruf li l-fuq minn € 100,000 ser ikunu qed jiġu distribwiti lill-klabbs Maltin li utilizzaw plejers homegrown u li għandhom 21 sena jew inqas.
Floriana FC u Valletta FC huma l-iżjed żewġ klabbs mill-Kampjonat Premier li ser ikunu qed jirċievu fondi liema fondi jlaħħqu l-50 elf ewro filwaqt li San Ġwann FC u Pieta Hotspurs FC huma l-iżjed żewġ klabbs fic-Challenge League li għamlu użu minn din l-skema u għalhekk bejniethom ser jkunu qed jirċievu 30 elf ewro.
Fl-Amateur League, Qormi FC u Santa Venera Lightnings kienu l-iżjed klabbs li għamlu użu minn plejers li għandhom 19 il-sena jew anqas u għalhekk anke huma ser jirċievu ftit iżjed minn 30 elf ewro.
Is-somma globali li ser tkun qed titqassam lill-klabbs hija ta’ € 111,000.
Intant matul lis-stess laqgħa ġie k-konfermat li mill-istaġun li ġej il-Kampjonat Premier ser jerġa jkun kompost minn 14 il-tim, c-Challenge League minn 18 il-tim u l-Amateur League minn 21 tim.
Il-Kampjonat Premier 2022 / 2023 mistenni li jibda fl-20 t’Awwissu, c-Challenge u l-Amateur Leagues fil-27 t’Awwissu, il-Kampjonat Femminili fil-13 ta’ Settembru, l-Kampjonat tal-Youths fil-29 t’Awwissu filwaqt li l-futbol femminili ta’ taħt il-21 sena fil-17 ta’ Settembru.
Ritratt: MFA