L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA qabdet Spettur tad-Dixxiplina biex jinvestiga l-inċidenti deplorabbli li seħħew fl-aħħar tal-partita bejn Żabbar St Patricks u Mosta.
Il-Malta Premier League ppublikat stqarrija sabiex filwaqt li kkundannat dak li ġara, kkjarifikat, mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-inċident li mill-informazzjoni li għandha ma jirriżultax li kien hemm partitarji involuti f’ dawn l-inċidenti.
L-istqarrija kompliet li hi tilqa’ kull investigazzjoni li tħabbret li se ssir mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA.
Il-Malta Premier League temmet billi rringrazzjat lill-forzi tal-ordni li kienu preżenti saħansitra fuq il-vapuri li ttrasportaw lill-partitarji. Irringrazzjat ukoll lil Ministeru għal Ghawdex u l-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Futbol li għenu biex il-Gozo Weekender ikun suċċess.