F’dan il-perjodu diffiċli l-assoċjazzzjoni tal-futbol Maltija hija kommessa li tgħin mhux biss lil dawk il-persuni li huma involuti fil-futbol imma l-komunità kollha Maltija. Dan billi qed toffri akkomodazzjoni alternattiva lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li bħalissa qegħdin jagħmlu minn kollox biex iwaqqfu t-tixrid tal-Coronavirus.
L-MFA ħabbret li numru ta’ kmamar huma disponibbli għall-Ministeru tas-Saħħa wara li l-MFA laħqet qbil ma’ tliet sidien ta’ propretajiet li kollha huma ta’ familja li hi involuta fil-futbol, li naqset b’mod sostanjali l-kmarmar tagħha sabiex tagħti l-kontribut tagħha f’din l-inizjattiva.
L-ispejjeż se tkoprihom l-MFA li se jkunu ffinanzjati mill-Programm Football For Life. Din l-inizjattiva se tkun ikkordinata mis-Central Procuremnt and Supplies Unit u l-Ministeru tas-Saħħa.
L-MFA wriet il-gratitudni tagħha lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u dawk kollha li qegħdin jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex niġġieldu l-marda tal-Coronavirus.
L-MFA rringrazzjat li dawk li offrew dawk il-postijiet ta’ akkomodazzjoni għall-koperazzjoni u s-sapport tagħhom.
Hija appellat lill-pubbliku inġenerali sabiex jimxi mal-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.