Il-Malta Football Association reġgħet nediet dik li tissejjaħ il-Goal Card fid-dawl tal-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 li se jibda jintlagħab minn Settembru.
Din id-darba fil-grupp ma’ Malta hemm l-Ingliżi u għalhekk żgur li dan se jkun grupp li jattira interess kbir. B’dawk li jiksbu l-goal card, li tiswa bejn €40 u €100 (skont fejn tkun fil-grawnd) għandhom post garantit f’kull logħba minbarra li jiksbu wkoll skont sostanzjali fuq il-biljetti l-oħra. Dan minbarra għadd ta’ inċentivi oħra fosthom li tfal taħt it-12 –il sena jidħlu b’xejn meta akkumpanjati mal-ġenituri tagħhhom f’erbgħa minn ħames logħbiet.