L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football, l-MFA ħabbret li l-partitarji se jkunu jistgħu jerġgħu jmorru jsegwu l-parit fil-grawnd. Dan wara nuqqas ta’ aktar minn sena minħabba l-miżuri għal kontra t-tixtrid tal-Covid-19.
L-MFA saħqet li għall-partiti li ġejjin tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA tal-clubs, se jitħallew jidħlu biss persuni li għadhom biljett tal-logħob, iċ-ċertifikat tal-vaċċin, kif ukoll dokument ta’ identifikazzjoni.
Min jattendi se jintalab jipprovdi dettalji tiegħu minħabba l-contact tracing.
L-MFA sostniet li mhux ser isir bejgħ ta’ biljett barra l-grawnd, filwaqt li kull persuna trid tilbes maskra, u żżomm id-distanza soċjali.
Ritratti: L-MFA/Facebook