L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA awgurat lit-tim Malti ta’ Ħamrun għat-tragward storiku li tim Malti laħaq f’kompetizzjoni Ewropea.
Dan permezz ta’ ittra ffirmata mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo u s-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti, li ġiet ippubblikata mill-klabb Ħamruniż.
Dan wara li l-ġimgħa l-oħra, Ħamrun Spartans saru l-ewwel klabb fl-istorja tal-futbol Malti li għaddew għal fażi tal-Playoffs ta’ kompetizzjoni Ewropea – dik tal-Europa Conference League.
Fl-ittra, l-MFA qalet kif din il-kisba mhix biss ta’ Ħamrun iżda għall-futbol Malti kollu.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol awgurat lit-tim Ħamruniż għal-logħba li jmiss f’din il-kompetizzjoni, dik kontra Partizan mis-Serbja.