L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, tat l-aħħar dettalji dwar l-istaff tekniku tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel u tan-nisa u l-logħbiet li dawn se jkunu qed jiffaċċjaw fiż-żmien li ġej.
F’konferenza indirizzata mill-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, flimkien mal-kowċ tat-tim nazzjonali tal-irġiel, Emilio De Leo, u dik tan-nisa, Manuela Tesse.
Hu t-tim tan-nisa li se jkun qed jilgħab l-ewwel logħob tiegħu fil-jiem li ġejjin, hekk kif il-Ġimgħa pajjiżna se jiffaċċja lit-tim Ċiprijott.
Sadanittant, intqal kif l-għan tat-tim tan-nisa se jkun dak li jtejbu l-prestazzjoni tiegħu fil-Women’s Nations League, b’mod partikolari wara li sentejn ilu, t-tim Malti ġie l-ewwel fil-grupp tiegħu.
Min-naħa l-oħra, għat-tim tal-irġiel, il-logħbiet li jmiss se jkunu tal-ewwel taħt il-kowċ De Leo, li fil-konferenza nnota kif minn mindu ħa t-tmun f’idejh kien iffokat biex jeżamina l-ħiliet tat-tim preżenti bil-għan li jimmassimizza r-riżultati miksuba.
Fl-ewwel logħba, pajjiżna se jkun qed jiffaċċja lit-tim Finlandiż fil-21 ta’ Marzu.