L-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol se torganizza l-Pre-Season Summer Cup, kompetizzjoni li se tlaqqa l-erba timijiet li kienu parteċipi f’kompetizzjonijiet Ewropej fil-ġranet li għaddew.
Dan ik-knockout tournament se jkun organizzat bejn it-Tlieta 6 ta’ Awwissu u s-Sibt 10 ta’ Awwissu.
It-Tlieta 6 ta’ Awwissu Marsaxlokk jilgħabu kontra ċ-ċampjins renjanti Hamrun Spartans filwaqt li l-Erbgħa 7 ta’ Awwissu Sliema Wanderers jilgħabu kontra Floriana. Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fic-Centenary Stadium u jibdew fil-19.30 ta’ filgħaxija. F’każ ta’draw, il-partiti mhux se jmorru għal ħin barrani iżda dirett għal penalties.
Ir-rebbieħa taż-żewġ konfronti jilgħab fil-finali s-Sibt 10 ta’ Awwissu fl-Stadium Nazzjonali. Il-ħin tal-finali jitħabbar iżjed tard.