L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol varat programm immirat għal tfal li bħalissa qed jqatgħu aktar ħin fid-djarhom minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Il-koordinatur ta’ dan il-proġett huwa l-viċi president tal-MFA Dr Matthew Paris fejn sostna li l-għan prinċipali huwa lit-tfal jibqgħu attivi fiż-żminijiet fejn l-attività fiżika awtomatikament tnaqqset minħabba li t-tfal qed jibqgħu ġewwa.
Dan il-programm ser ikun qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, fost l-oħrajn fuq ONE fil-15:50.
Fl-ewwel programm qed jieħdu sehem il-plejer internazzjonali Malti u ta’ Valletta FC Rowen Muscat kif ukoll l-plejer tat-tim nazzjonali femminili u ta’ Imġarr United Brenda Borg.