Il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista marru kontra l-kelma li ta l-Kap tad-Delegazzjoni tagħhom meta fl-aħħar ġimgħat ċedew għall-estremisti u għażlu li jaħdmu u jivvotaw kontra n-nomina ta’ Leo Brincat.
ONE NEWS illejla se jxandar filmat li jipprova kif David Casa kien wiegħed li se jgħin lil Leo Brincat. Iżda, minflok għen lil Brincat, David Casa intervjena fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista ftit tal-ġimgħat ilu biex iserraħ ras is-semmiegħa li ħadd mill-membri tal-Partit Nazzjonalista ma kien fil-kumitat li approva lil Brincat.
Eventwalment id-deputati nazzjonalisti marru kontra Brincat u l-Kap Nazzjonalista qal li ħa gost.