L-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada waslu messaġġ wieħed komuni u dirett: dak ta’ paċi u waqfien mill-ġlied immedjat fil-Lvant Nofsani.
Dan f’ritratt li ħadu fil-Parlament Ewropew u li ppubblika fuq il-midja soċjali d-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba.
F’dan ir-ritratt, l-Ewroparlamentari Laburisti tennew il-messaġġi favur il-waqfien tal-genoċidju kontra l-poplu Palestinjan, li l-Palestina tkun rikonoxxuta bħala stat u li jkun hemm il-paċi fil-Lvant Nofsani.
Dan il-messaġġ tal-Ewroparlamentari Laburisti twassal sena wara li eskala l-konflitt fil-gwerra fil-Lvant Nofsani, li matulu nqatlu aktar minn 41,000 Palestinjan, fosthom nisa u tfal.