Il-Membri tal-Parlament Ewropew qagħdu lura milli jattendu għal diskussjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fil-Parlament Ewropew.
Id-diskussjoni dwar dan il-qtil bruali għaddeja bħalissa fi Strasburgu u matulha qed jitkellmu l-Presidenti tal-gruppi differenti. Mill-bqija hemm ħafna siġġijiet vojta bi 28 membru parlamentari Ewropew biss jattendu, 7 minn nies tal-Kummissjoni Ewropea u 13 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.