L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA laqgħet b’sodisfazzjon d-deċiżjoni tal-Gvern li jestendi l-Covid Wage Supplement sal-aħħar ta’ din is-sena għal dawk l-aktar milquta mill-pandemija.
Hija qalet li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.
Dan għaliex din il-miżura se tgħin lil ħafna negozji jimmitigaw l-impatt tal-pandemija.
Din l-Assoċjazzjoni qalet li tapprezza l-impenn tal-Gvern biex permezz tal-programm tat-tilqim, il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tilħaq l-immunità mill-virus tal-Covid-19.
L-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil min jimpjega n-nies innutat ukoll l-infezzjonijiet tal-virus f’pajjiżna.