L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, l-MDA, laqgħet ir-riforma li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela sabiex tiġi indirizzata l-problema fil-kirjiet ta’ qabel l-1995.
Fi stqarrija l-MDA qalet li bħala Assoċjazzjoni kienet fost dawk li tul is-snin sejħet u appellat kemm-il darba biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema bejn is-sidien u l-inkwilini.
L-Assoċjazzjoni għall-Iżvilupatturi kompliet tgħid kif dan huwa pass ‘l quddiem fid-direzzjoni t-tajba. Hawnhekk elenkat xi punti li wkoll għandhom jiġu indirizzati, fosthom biex ma jkun hemm l-ebda abbuż u anke sabiex tiġi ċċarata kif is-sidien se jingħataw il-ħlasijiet.